Messaġġ mingħand il-player Karl Cutajar wara l-partita ta’ nhar is-sibt kontra Pieta’ Hotspurs FC

Tliet punti importanti ħafna għal fini tal-klassifika pero li wkoll jgħinu l-moral tat-tim u ‘l ambjent tal-klabb. Hekk kif għamilna f’logħbiet oħra li għaddew, it-tim kollhu reġgħa wera li ma’ jaqta’ qalbu qatt u jibqa’ jissielet sal-ahhar sabiex jiehu dak li jista’ mil-logħba. Din ir-rebħa tagħti spinta lit-tim speċjalment f’ġimgha li kienet kemmxejn instabbli f’dak li għandu x’jaqsam fl-amministrazzjoni tat-tim. Il-plejers kollha fehmu mill-ewwel li hemm bżonn għaqda iżjed minn qatt qabel sabiex ngħinu lill-‘coach’ Iro Curmi jwassalna sal-logħba bl-aħjar mod possibli. F’isem sħabi l-plejers nixtieq nirringrazzjah talli baqa’ jaħdem fuq ix-xogħol li ilna nagħmlu għal dawn l-ahhar erba’ xhur sabiex wassalna għal-logħba li kienet meqjusa kważi kważi deċeżiva għall-andament tal-istaġun. Nixtieq nirringrazzja wkoll lill-‘coach’ Alfred Attard tax-xogħol kollhu li għamel magħna li bla dubju kien fundamentali għar-rebħa li ksibna is-sibt li għadda kif ukoll għall-kumplament ta’ dan l-istaġun. It-triq hi twila u għalkemm dawn kienu punti bżonnjużi, kulħadd jaf li baqa’ ħafna xi jsir sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-klabb għal din is-sena. Aħna ser inkomplu naħdmu u naspiraw biex naraw lil-klabb fil-livell li jimmeritah. Nixtieq nirringrazzja lill-‘isponsors’ uffiċjali tagħna li bla dubju huma essenzjali sabiex il-klabb ikollu r-riżorsi neċessarji li bihom jista’ jibqa’ dejjem jaħdem b’mod effettiv. Fl-aħħar nett nixtieq nirringrazzja lill-amministrazzjoni tal-klabb li b’sagrificcju dejjem taħdem sabiex tagħti s-support kollu li t-team jeħtieġ kif ukoll lis-‘supporters’ tal-klabb li dejjem kienu warajna. Nispera li ma ndumux ma nerġgħu narawkom magħna fil-‘ground’!

A message from our captain Dylan Micallef after Monday’s match

Aħna l-players u l-istaff ta’ Mqabba FC, nhar it-Tnejn, kellna logħba importanti ħafna li fiha ġibna tliet punti prezzjużi li jtuna tama li nibqgħu niġġieldu biex nibqgħu navvanzaw fil-klassifika. Preparajna sew għall din il-logħba minkejja li kellna problemi kawża tal-covid u injuries, imma bil-ħiela tal-Coach Alfred Attard, li rnexxielu jara ‘options’ differenti biex inkunu preparati sew għal din il-partita għelibna l-isfidi biex ġibna dawn it-tliet punti importanti. Ħriġna fil-ground biex ngħatu kollox, fejn fl-ewwel parti tal-partita, St.Georges, bil-ħsieb f’moħħom ikunu it-tliet punti wkoll, ħarġu bi pressjoni għolja ħafna, imma aħna bil-ħila tagħna konna hemm u tajna kollox fil-ground biex ma naqilgħux il-goal u rnexxilna. Dħalna f’parita fil-‘half-time’, u bil-bravura tal-Coaches tagħna li setgħu jagħrfu il-problema fejn kienet fil-ground u li għamlu il-bidla fis-sistema, li tagħtna spinta biex inġibu dak li kellna bżonn, il-goal u dawk it-tliet punti! Issa nħarsu għal nhar il- Ġimgha li ġej fejn għandna logħba importanti wkoll, dik kontra in-Naxxar. Aħna se nkomplu naħdmu biex nagħtu kollox biex nibqgħu nġibu r-riżultati tajbin.

F’isem l-players, nixtiequ nirringrazzjaw lis-supporters kollha ta’ Mqabba FC, li qiegħdin dejjem warajna bis-sapport tagħkom minn djarkom! Grazzi!

Dylan Micallef
Team Captain

BOV Challenge League Mqabba Fc vs Marsaxlokk Fc postponed

Due to health restrictions @The Malta Football Association yesterday announced that our next match vs Marsaxlokk will be Rescheduled to a later date.
We will be back in action on Matchday 4 against Pembroke on Tuesday 20th October
#forzamqabba

Messagg mill-Kowc Alfred Attard

Insellem lil kull IMQABBI li ghandu ghal qalbu it Tim tal futbol. Gejt inkarigat u afdat bi tmexxija ghat tieni darba bhala kowc tar-rahal taghkom. Ma kienitx facli nibdew dal bidu tal kampjonat fuq zewg noti. L-ewwel punt kien li ridna nibnu skwadra mil gdid ghaliex kull ma sibt li baqghu mil istagun li ghadda kienu 4 biss. Dan ghamilnih rrid nghid fi zmidn qasir hafna bl-ghajnuna tal appocc li sibt mil kumitat kollu. It-tieni punt huwa dak tas sitwazzjoni madwar id-dinja tal pandemija covid-19. Qed nahdmu u nimxu madwar protokol difficli hafna. Pero imxejna. Tant imxejna li waslet l-ewwel gurnata tal -loghob kompetittiv u hrigna rebbieha b’ loghoba ta prestazzjoni fuq livell tajjeb hafna. Nixtieq niringrazzja lil kumitat f’dan l-istadju tal istagun tal fiducja u l-appocc li dejjem sibt min ghandhom. Lil kull player li jifforma parti min skwadra twila li nipposjedu. Dan ghaliex fijhom nara hegga u abbilta li kull gurnata jridu jghatu lura dejjem aktar min dak li nitlobhom. Lil istaff tekniku tieghi li jahdmu mieghi f’ambjent tant profesjonali. U fl-ahhar mhux lanqas lilkom sapporters mqabbin li tkunu warajna dejjem. Naghlaq billi nfakkar lil kullhadd li dan ghadu biss il-bidu ta stagun ferm twil u ferm aktar difficli min ta qabel. Allura nitlob lil kullhadd jersaq dejjem aktar vicin il-klabb ta MQABBA ha jkun jista jaghti sehmu u l-ghajnuna mehtiega lil shabi tal kumitat. Insellmilkom u nirringrazzjakom mil qalb.