A message from our captain Dylan Micallef after Monday’s match
Aħna l-players u l-istaff ta’ Mqabba FC, nhar it-Tnejn, kellna logħba importanti ħafna li fiha ġibna tliet punti prezzjużi li jtuna tama li nibqgħu niġġieldu biex nibqgħu navvanzaw fil-klassifika. Preparajna sew għall din il-logħba minkejja li kellna problemi kawża tal-covid u injuries, imma bil-ħiela tal-Coach Alfred Attard, li rnexxielu jara ‘options’ differenti biex inkunu preparati sew għal din il-partita għelibna l-isfidi biex ġibna dawn it-tliet punti importanti. Ħriġna fil-ground biex ngħatu kollox, fejn fl-ewwel parti tal-partita, St.Georges, bil-ħsieb f’moħħom ikunu it-tliet punti wkoll, ħarġu bi pressjoni għolja ħafna, imma aħna bil-ħila tagħna konna hemm u tajna kollox fil-ground biex ma naqilgħux il-goal u rnexxilna. Dħalna f’parita fil-‘half-time’, u bil-bravura tal-Coaches tagħna li setgħu jagħrfu il-problema fejn kienet fil-ground u li għamlu il-bidla fis-sistema, li tagħtna spinta biex inġibu dak li kellna bżonn, il-goal u dawk it-tliet punti! Issa nħarsu għal nhar il- Ġimgha li ġej fejn għandna logħba importanti wkoll, dik kontra in-Naxxar. Aħna se nkomplu naħdmu biex nagħtu kollox biex nibqgħu nġibu r-riżultati tajbin.
F’isem l-players, nixtiequ nirringrazzjaw lis-supporters kollha ta’ Mqabba FC, li qiegħdin dejjem warajna bis-sapport tagħkom minn djarkom! Grazzi!
Dylan Micallef
Team Captain