Messaġġ mingħand il-player Neil Falzon wara l-partita ta’ kontra Qormi F.C.

It-tliet punti kontra t-tim ta’ Qormi FC kienu importanti ħafna għal dan il- klabb. Kienet logħba fejn fil- bidu setgħet tmur għaż-żewġ nħat. Kellna ċ-ċansijiet tagħna pero huma kellhom iċ-ċansijiet tagħhom ukoll. Pero’ bqajna kalmi, lgħabna l- logħba tagħna, emminna fina nfusna u wasal l-ewwel gowl. Minn hemm tista’ tgħid li ħadna l logħba f’idejna u wrejna verament x’kapaċi nagħmlu bħala tim.

Pero’ din il-logħba trid tintesa u rridu niffukaw fuq il- logħbiet li gejjin. Kif kulħadd jaf dan m’huwiex kampjonat faċli, pero’ jien nemmen ħafna fil- kapaċijiet ta’ dan it-tim u jekk inżommu saqajna mal-art, nemmen li għandna fejn nieħdu pjaċir flimkien din is-sena. Nixtieq nirringrazzja lil sħabi l- players tas- serjeta li juru waqt it-taħriġ tat-training, lill- kowċis (Iro Curmi u kif ukoll lil Alfred Attard) u lill-kumitat. Wisq iżjed nixtieq ngħid grazzi lis- Supporters Mqabbin, talli baqgħu jsegwuna onlajn. Il-grawnd m’huwiex l-istess mingħajr is- support tagħkom. Jekk Alla jrid, din il-pandemija tgħaddi wkoll u ma ndumux ma narawkom magħna fil- grawnd.

 

Forza Mqabba!