Messaġġ mingħand il-player Karl Cutajar wara l-partita ta’ nhar is-sibt kontra Pieta’ Hotspurs FC
Tliet punti importanti ħafna għal fini tal-klassifika pero li wkoll jgħinu l-moral tat-tim u ‘l ambjent tal-klabb. Hekk kif għamilna f’logħbiet oħra li għaddew, it-tim kollhu reġgħa wera li ma’ jaqta’ qalbu qatt u jibqa’ jissielet sal-ahhar sabiex jiehu dak li jista’ mil-logħba. Din ir-rebħa tagħti spinta lit-tim speċjalment f’ġimgha li kienet kemmxejn instabbli f’dak li għandu x’jaqsam fl-amministrazzjoni tat-tim. Il-plejers kollha fehmu mill-ewwel li hemm bżonn għaqda iżjed minn qatt qabel sabiex ngħinu lill-‘coach’ Iro Curmi jwassalna sal-logħba bl-aħjar mod possibli. F’isem sħabi l-plejers nixtieq nirringrazzjah talli baqa’ jaħdem fuq ix-xogħol li ilna nagħmlu għal dawn l-ahhar erba’ xhur sabiex wassalna għal-logħba li kienet meqjusa kważi kważi deċeżiva għall-andament tal-istaġun. Nixtieq nirringrazzja wkoll lill-‘coach’ Alfred Attard tax-xogħol kollhu li għamel magħna li bla dubju kien fundamentali għar-rebħa li ksibna is-sibt li għadda kif ukoll għall-kumplament ta’ dan l-istaġun. It-triq hi twila u għalkemm dawn kienu punti bżonnjużi, kulħadd jaf li baqa’ ħafna xi jsir sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-klabb għal din is-sena. Aħna ser inkomplu naħdmu u naspiraw biex naraw lil-klabb fil-livell li jimmeritah. Nixtieq nirringrazzja lill-‘isponsors’ uffiċjali tagħna li bla dubju huma essenzjali sabiex il-klabb ikollu r-riżorsi neċessarji li bihom jista’ jibqa’ dejjem jaħdem b’mod effettiv. Fl-aħħar nett nixtieq nirringrazzja lill-amministrazzjoni tal-klabb li b’sagrificcju dejjem taħdem sabiex tagħti s-support kollu li t-team jeħtieġ kif ukoll lis-‘supporters’ tal-klabb li dejjem kienu warajna. Nispera li ma ndumux ma nerġgħu narawkom magħna fil-‘ground’!