1957 Twaqqaf l- Imqabba FC
1961 Amalgamazzjoni bejn l-Imqabba Hajducks FC u l-Imqabba Ramblers FC
1975/76 l-ewwel unur maġġuri, Minors Sezzjoni B Rebbieħa (kowċ: Pawlu Farrugia)
1975/76 Runners Up Tielet Diviżjoni
1977/78 L-Ewwel promozzjoni, Sezzjoni A Rebbieħa mit-3 għat- 2 Diviżjoni, (kowċ: Alfred Lapira)
1979/80 Runners Up fin- Knock out tat-Tielet Diviżjoni vs. St. Patrick’s (kowċ: Jimmy Briffa)
1981/82 Rebbieħa ta’ Sezzjoni A tat-Tielet Diviżjoni (kowċ: Jimmy Briffa)
1983/84 Rebbieħa tat-Tieni Diviżjoni b’ 26 logħba mhux megħluba (Kowċ: Jimmy Briffa)
1984/85 Runners Up tal- Ewwel Diviżjoni u promozzjoni għall-Premier. Żieda ta’ 14 –il logħba mhux megħluba biex b’kollox jitla’ għal rekord assolut b’total ta’ 40 logħba mhux megħluba. (kowċ: Marcell Scicluna)
1985/86 L-ewwel darba fil- Premier (kowċ: Marcell Scicluna)
1990 Tibdil tal-isem minn Mqabba Hajducks FC għall- Mqabba FC
1990/91 Rebbieħa tal-Ewwel Diviżjoni (kowċ: Sascha Burisof)
1991/92 It-Tieni esperjenza fil-Premier (Kowċ: George Busuttil)
1992/93 Runners Up tal- Ewwel diviżjoni (kowċ: Tarcisio Azzopardi)
1993/94 It-Tielet darba fil- kampjonat Premier
2000/01 Rebbieħa tat-Tieni diviżjoni (kowċ: Anthony Grech)
2000/01 L-aqwa difiża fejn qlajna biss 12 –il gowl, u kellna 17 –il logħba mingħajr telfa
2000 Twaqqfet l-Imqabba FC Youth Nursery mill-Head Coach Mark Bondin
2003/04 Ikechukwu Chibueze ġie ddikjarrat bħala t- top scorer fil-kampjonat tal- ewwel diviżjoni tal-istaġun 2003/04 bi 18 –il goal. Ikkonfermajna wkoll l-aqwa difiża fejn qlajna biss 21 goal.
2003/06 Ġejna t-tielet fl-ewwel diviżjoni, viċin il-promozzjoni għall- Premier
2004/05 Mqabba FC ġew iddikjarati li kellhom l-aqwa difiża tal-Istaġun fejn qlajna biss 19 il- goal
2006/07 Runners Up tal-Ewwel diviżjoni (kowċ: Joey Falzon)
2007/08 Ir-Raba’ esperjenza fil-Kampjonat Premier
2009 Il- Head Coach u l-fundatur tan- Nursery Mark Bondin ġie mogħti l-unur ta’ Ġieħ l-Imqabba mill-Kunsill Lokali tal-Mqabba.
2010/11 Runners Up tal- Ewwel Diviżjoni (kowċ: Clive Mizzi)
2010/11 L-aqwa difiża tal-Istaġun fejn qlajna biss 16 –il goal. Jean Paul Muscat jiġi klassifikat it-tieni fil-lista tal- aqwa scorers tal-kampjonat b’ 14 -il goal
2011/12 Il-Ħames sena fil-Kampjonat Premier (Kowċ: Clive Mizzi)
2013/14 Mqabba FC kisbu promozzjoni għall- Ewwel Diviżjoni (Kowċ: Leslie Burke)
2013/14 Mqabba FC Champions BOV Tieni Diviżjoni Staġun 2013/2014 wara li spiċċaw l-istaġun b’52 punt (Kowċ: Leslie Burke)
2013/14 Il- Captain tat-tim Mauro Bonnici nominat għall-aqwa player tal-istaġun tat-Tieni Diviżjoni 2013/2014 mogħtija mill-MFA
2014/15 Il- Captain tat-tim Mauro Bonnici lagħab il-200 logħba mal-klabb tagħna (7 ta’ Marzu 2015)
2014/15 Ivano Ramiro Cordoba, ex- Inter FC u Plejer Internazzjoni Columbian flimkien ma’ Natalino Felice, ex- Inter FC għamlu żjara uffiċjali lill-Mqabba FC u lill-Mqabba Youth Nursery nhar is-Sibt, 14 ta’ Marzu, 2015
2014/15 L- Mqabba FC Youth Nursery kellha l-ewwel esperjenza tagħha barra minn Malta meta ħadet sehem b’suċċess fin- Nottingham Cup 2015 bejn it- 3 ta’ Lulju u t- 28 ta’ Awwissu 2015.
2015/16 It-Tieni esperjenza barra minn Malta għall-Mqabba FC Youth Nursery fejn ipparteċipat f’turnament triangulari ġewwa Catania fi Sqallija nhar is-Sibt 24 ta’ Frar 2016
2016/17 Mauro Bonnici kiser ir-record ta’ kull żmien fejn lagħab 239 għall-klabb ta’ Mqabba FC
2017/18 Il-President ta’ Mqabba FC President Carmel Ellul ġie nominat għall- Ġieħ l-Imqabba mogħti mill-Kunsill Lokali tal-Mqabba
2017/18 L-Ex-President ta’ Mqabba FC u Membru fil-Kunsill tal-MFA Mario Borg ġie mogħti l-Premju ‘Mertu tal-Unur’ mill-Kunsill Lokali tal-Mqabba
2017/18 Mqabba FC Champions Youths Section D Staġun 2017/2018 wara li spiċċaw l-istaġun bla telfa (Kowċ: George Vella)
2018/19 Mqabba FC Champions Youths Section C Staġun 2018/2019 wara li spiċċaw l-istaġun bla telfa (Kowċ: George Vella)