It-tim tal- Mqabba F.C. mis-snin elfejn sal-preżent
Tagħrif miġbur minn Antoine Sciberras
Tagħrif miġbur minn Antoine Sciberras
It-tim ta’ Mqabba FC kellu staġun tajjeb ħafna fejn irreġistra ħames rebħiet konsekuttivi kif ukoll irreġistra l-aħjar difiża tul il-kampjonat fejn sofra biss tnax-il gowl. Mqabba FC rreġistraw ukoll sbatax-il logħba konsekuttiva mingħajr telfa. Tul il-kampjonat Mqabba FC kellhom erbatax-il rebħa, sitt logħbiet intemmu fi draw u żewġ telfiet. In-numru ta’ punti fl-aħħar tal-kampjonat tela’ għal 48 u Mqabba FC ġew dikjarati bħala r-rebbieħa ta’ din id-Diviżjoni. Dan ta dritt lil Mqabba FC biex l-istaġun ta’ wara jikkompetu fl-Ewwel Diviżjoni.
Mqabba FC kellhom Staġun sodisfaċenti fejn spiċċaw l-impenji tagħhom fis-sitt post b’total ta’ 23 punt minn għaxar timijiet. B’kollox Mqabba FC irreġistraw ħames rebħiet, tminn draws u ħames telfiet. Total ta’ gowls kien ta’ 20 u sofrew 25 gowl. Il-plejer li l-aktar li skurja gowls għal Mqabba FC kien Jean Pierre Abdilla (6) segwit minn John Paul Muscat u Chris Ciappara (4), Joe Falzon (2) u Kenneth Attard, Edric Borg, Michael Camilleri kollha b’gowl kull wieħed. Kowċ għal dan l-istaġun kien is-Sur Anthony Grech.
Staġun sodisfaċenti ieħor li kkonferma lill- Mqabba FC sabiex ikompli jikkompeti fl-Ewwel Diviżjoni. Mqabba FC rreġistraw 4 rebħiet, 9 draws u 5 telfiet. Total ta’ punti miġbura 21 b’total ta’ gowls skurjati 25 u 29 kontra. L-aktar plejer li skurja gowls kien il-barrani Ikechukwu Chibueze (13) segwit minn John Paul Muscat (6), Darren Micallef u Matthew Cocks (2) kif ukoll Keith Mallia u Martin Gauci b’gowl kull wieħed. Edric Borg jiskurja autogowl favur St. Patrick.
Wara li Mqabba FC issudaw posthom fl-Ewwel Diviżjoni, issa kien wasal iż-żmien li Mqabba FC jibdew jaħsbu sabiex jiksbu promozzjoni fl-għola Diviżjoni tal-futbol Malti. Tul il-kampjonat, Mqabba FC irreġistraw 8 rebħiet, 5 draws u 5 telfiet b’total ta’ gowls 29 favur u 21 kontra. Total ta’ punti miksuba 29 bit-tim jispiċċa fit-tielet post 4 punti biss wara r-rebbieħa tal-kampjonat St. Patrick u 3 wara Lija li spiċċaw runners up. Dan l-istaġun Ikechukwu Chibueze rebaħ l-unur bħala Top scorer b’total ta’ 18-il gowl. Il-gowls l-oħra ġew skurjati minn John Paul Muscat (4), Marlon Briffa (3) u Keith Mallia u Andre Formosa b’gowl kull wieħed. Mqabba FC kellhom l-aħjar difiża tul il-kampjonat kollu meta sofrew biss 21 gowls.
Mqabba FC komplew jiċċelinġjaw għall-promozzjoni u kien it-tieni Staġun konsekuttiv fejn it-tim spiċċa fit-tielet post għal darb’oħra b’total ta’ punti miksuba 31. Ir-rebbieħa tal-kampjonat Ħamrun spiċċaw b’total ta’ 35 punt u Mosta li spiċċaw runners up ġabru punt aktar minn Mqabba FC. Mqabba FC kellhom 9 rebħiet, 4 draws u 5 telfiet fejn skurjaw total ta’ 33 gowl u sofrew 19-il gowl. Filfatt Mqabba FC kellhom l-aħjar difża tul il-kampjonat kollu filwaqt li l-plejer Anyanwu Uchenna spiċċa t-tieni l-aktar plejer li skurja gowls b’total ta’ 16-il gowl. Il-gowls l-oħra saru minn Marlon Briffa (5), John Paul Muscat (4), Justin Felice u Keith Mallia (2) filwaqt li Chris borg, Albert Busuttil, Mark Anthony Psaila u Justin Tellus irreġistraw gowl kull wieħed fuq isimhom.
Għat-tielet sena konsekuttiva, Mqabba FC spiċċaw l-impenji tagħhom fit-tielet post din id-darba bi 31 punt, erbgħa anqas minn St George’s li spiċċaw rebbieħa tal-kampjonat u 2 anqas minn Marsa (runners up). Total ta’ logħob mirbuħ kien ta’ 9, 4 draws u 5 telfiet b’total ta’ gowls favur 28 u 18 kontra. Il-gowls ġew skurjati minn Uchenna Anyanwu (9), John Paul Muscat (7), Keith Mallia (3), Roderick Spiteri (2) filwaqt li Albert Busuttil, Edric Borg, Marlon Briffa, Martin Borg, Chris Borg, Marco Catania u Mauro Bonnici skurjaw gowl kull wieħed.
Wara tlett Staġuni jiccelinġjaw għall-promozzjoni fl-għola Diviżjoni, Mqabba FC irnexxielhom jilħqu dan it-tragward meta spiċċaw runners up bt’total ta’ 34 punti, 5 anqas minn Ħamrun li spiċċaw b’39 punt. Mqabba FC rreġistraw 10 rebħiet, 4 draws u 4 telfiet b’total ta’ gowls favur 33 u 25 kontra. Il-gowls għal Mqabba FC ġew minn John Paul Muscat (11), Ikechukwu Chibueze (7), Nicolo’ Baldacchino (5), Gilbert Scerri u Alex Ribic (2) filwaqt li Albert Busuttil, Jesmar Abela, Clyde Camoin, Matthew Cocks u Martin Anastasi rreġistraw gowl kull wieħed. Kowċ għal dan l-iStaġun kien Joey Falzon.
F’din ir-raba’ esperjenza tagħhom fl-għola Diviżjoni tal-futbol Malti, Mqabba FC kellhom Staġun mhux daqshekk feliċi meta spiċċa l-impenji tiegħu bi 8 punti biss fl-aħħar tal-klassifika. Is-saħħa ta’ timijiet kbar kienu wisq għat-tim tagħna madanakollu Mqabba FC xorta waħda rreġistraw 3 rebħiet kontra Sliema (3-2), Msida (2-1) u Pieta’ (2-0) filwaqt li ġabar 2 punti minn żewġ draws kontra Hibs (1-1) u Msida (2-2). Il-kumplament tal-logħob (19) ġie kollu mitluf. Fuq nota aktar pożittiva Marcelo Pereira spiċċa t-tieni l-aktar plejer li skurja gowls b’total ta’ 14 segwit minn Fabio Silva u Marlon Briffa (2) filwaqt li Italo Donizete Nogueira, Clifford Gatt Baldacchino u Mauro Bonnici skurjaw gowl kull wieħed. B’dawn ir-riżultati Mqabba FC ġew relegati għall-Ewwel Diviżjoni.
Wara l-esperjenza fil-Premier, Mqabba FC riedu jissudaw posthom fl-Ewwel Diviżjoni. Filfatt Mqabba FC spiċċaw l-impenji tagħhom f’nofs il-klassifika b’total ta’ 24 punt. Mqabba FC rreġistraw 5 rebħiet, 9 draws u 4 telfiet, b’total ta’ 28 gowl favur u 24 kontra. Il-gowls ġew minn Paul Chimezie (7), Michael Borg Olivier (5), Shawn Magro u Claudio Calleja (4), John Paul Muscat (3), Mauro Bonnici (2) filwaqt li Mead Mifsud u David Azzopardi skurjaw gowl kull wieħed.
Għal darb’oħra t-tim ta’ Mqabba FC kkonsolida postu fl-Ewwel Diviżjoni meta spiċċa l-kampjonat b’total ta’ 21 punt wara 5 rebħiet, 6 draws u 7 telfiet. Total ta’ gowls skurjati kien ta’ 30 u 30 kontra. Il-gowls ġew minn John Paul Muscat (8), Vilson Caushi u Claudio Calleja (5), Mauro Bonnici, Mark Gauci u Glenn Barry żewġ gowls kull wieħed filwaqt li Shawn Magro, Elliott Navarro, Omar Grech, Martin Anastasi u Patrick Borg skurjaw gowl kull wieħed.
Mqabba FC appuntaw lil kowc Clive Mizzi bl-iskop li t-tim jerġa’ jiġġieled għall-promozzjoni għall-għola Diviżjoni. Filwaqt dan il-għan intlaħaq meta Mqabba FC spiċċaw runners up b’total ta’ 35 punt. Mqabba FC kellhom l-aħjar difiża meta sofrew biss 16-il gowl. Mqabba FC skurjaw total ta’ 38 gowl wara 10 rebħiet, 5 draws u 3 telfiet. Il-gowls ġew minn John Paul Muscat (14) li spiċċa t-tieni l-aħjar scorer, segwit Thiago Mazzielli (7), Claudio Calleja (6), Marlon Briffa (3), Vilson Caushi u Advan Cakiqi (2), filwaqt li James Shead, Mauro Bonnici, Branislav Timotiv u Pierre Grima skurjaw gowl kull wieħed. Tul il-kampjonat, Mqabba FC kellhom 6 clean sheets.
Għall-ħames sena fl-istorja ta’ Mqabba FC ikkompetew fl-għola Diviżjoni mmexxija mill-kowċ Clive Mizzi. Kien Staġun pożittiv ħafna b’total ta’ punti miksuba 24 punt punt, wieħed biss taħt Ħamrun li rnexxielhom isalvaw. Madanakollu, Mqabba FC ġew relegati lura għall-Ewwel Diviżjoni wara 9 rebħiet, 7 draws u 16-il telfa. It-total ta’ gowls skurjati kien ta’ 40 u 55 kontra filwaqt li Mqabba FC irreġistraw 8 clean sheets tul il-kampjonat. Il-gowls kollha għal Mqabba FC ġew minn Bojan Mamic (15), Thiago dos Santos Mazzitelli (9), John Nwoba (5), John Paul Muscat u Marko Potezica (2), filwaqt li Mauro Bonnici, David Azzopardi, Marlon Briffa, Claudio Calleja, David Fenech, Branislav Timotic u Ryan Sammut skurjaw gowl kull wieħed. Kien Staġun memorabbli u missielet sal-aħħar logħba b’numru kbir ta’ sostenituri jissapportjaw it-tim taghna. Tul dan il-kampjnat twaqqaf ukoll il-grupp Ultras bl-iskop aħħari li jorganizza s-sapport għat-tim tagħna.
Lura fl-Ewwel Diviżjoni taħt it-tmexixja tal-kowċ u eks plejer ta’ Mqabba FC, Albert Busuttil, it-tim ta’ Mqabba FC ma tantx kellu prestazzjonijiet tajba. Jidher li r-relegazzjoni mill-għola Diviżjoni ħalliet l-effett negattiv tagħha u t-tim tagħna spiċċa relegat għat-tieni sena konsekuttiva għal Diviżjoni inferjuri oħra. Total ta’ punti miksuba ammonta għal 8 bit-tim jispiċċa fl-aħħar pożizzjoni. Filfatt Mqabba FC rreġistraw rebħa waħda biss, 5 draws u 16-il telfa. Numru ta’ gowls favur kien ta’ 24 u 51 kontra. Il-gowls kollha għal Mqabba FC ġew minn Joseph Okonkwo (6), David Azzopardi, Claudio Calleja u Emiliano Lates (3), Abeeb Abiodan Williams (2) filwaqt li John Anegbe, Andrew Scicluna, John Paul Muscat, Kassim Suleman u Clayton Micallef irreġistraw gowl kull wieħed.
Wara l-esperjenza mhux daqstant feliċi fl-istaġun ta’ qabel, Mqabba FC appuntaw lil Mark Bondin bħala kowċ tat-tim li sa din is-sena kien jokkupa l-pożizzjoni ta’ Head Coach man-nursery tagħna. Wara bidu mhux daqstant kif mixtieq, il-kowċ Leslie Burke ħa postu bħala kowċ tat-tim. Dan it-tibdil daħħal enerġija pożittiva fil-plejers tagħna tant li t-tim irreġistra 15-il rebħa, 7 draws u 4 telfiet. It-total ta’ gowls favur kien wieħed impressjonanti b’total ta’ 48 gowl u 26 kontra filwaqt li t-tim kellu 15-il clean sheet tul il-kampjonat. B’dawn ir-riżultati, Mqabba FC spiċċaw l-impenji tagħhom b’52 punt u ġew dikjarati bħala r-rebbieħa tat-Tieni Diviżjoni. Kienet esperjenza pożittiva fejn wara biss sena, it-tim reġa’ sab postu fl-Ewwel Diviżjoni. Il-gowls kollha għal Mqabba FC ġew minn Didier Tayou (15), Alistair Camilleri (11), Andrew Caligari (4), Clayton Micallef (3), Keith Muscat, Mauro Bonnici, George Frendo, Ryan Schembri u Mark Gauci (2) filwaqt li Ryan Vella, Andre’ Cassar u Michael Abdilla skurjaw gowl kull wieħed. Kien hemm 2 gowls oħra favur Mqabba FC bħala own gowls.
Il-Captain tat-tim Mauro Bonnici ġie nominat għall-premju tal-aħjar plejer għat-Tieni Diviżjoni għall-istaġun 2013/2014 fil-MFA Annual Awards.
Wara r-rebħ tal-kampjonat tat-Tieni Diviżjoni, Leslie Burke ġie kkonfermat bħala kowċ tat-tim bl-iskop aħħari li Mqabba FC jerġgħu jikkonsolidaw posthom f’din id-Diviżjoni. Filfatt it-tim spiċċa b’36 punt wara 10 rebħiet, 6 draws u 10 telfiet. It-tim sab ix-xibka 40 darba u sofra 36 gowl. Il-gowls kollha ġew minn Guilherme Guedes Soares de Freitas (14), Douglas da Silva Silveira (6), Stephane Tape (5), Karl Cutajar u Brandon Grech (3) filwaqt li Ryan Schembri, Rafael da Silva Gomez, Clayton Micallef, Peter Oladotund, Luke Scorfna, Alessio Cassar u Claudio Calleja skurjaw gowl kull wieħed. Għall-korrettezza il-gowl ta’ Claudio Calleja ġie rreġistrat mill-uffiċjal fuq Claudio Calleja imma filfatt ġie skurjat minn Brandon Grech. Kien hemm ukoll auto gowl favur it-tim tagħna.
Tul dan l-istaġun it-tim ta’ Mqabba FC kompla fejn ħalla fl-istaġun ta’ qabel u spicca f’nofs il-klassifika wara 10 rebħiet, 5 draws u 11-il telfa. Mqabba FC skurjaw 44 gowl u 33 gowl kontra filwaqt li spiċċa b’total ta’ 35 punt. Il-gowls kollha għal Mqabba FC gew skurjati minn Arilson Mello da Silva (14), Paul Chimezie (12), Claudio Calleja (8), Staphane Manasse Sylla u Goran Adamovic (2), filwaqt li Issac Galea, Vagner Pereira Costa, Rodney Caruana, Brandon Grech u David Azzopardi skurjaw gowl kull wieħed u kien hemm awto gowl favur Mqabba FC. Il- Kowċ kien Leslie Burke.
Dan l-istaġun kien wieħed partikulari meta kellhom ikunu erba’ t-timijiet li kellhom jiġu promossi fl-għola Diviżjoni bl-ewwel tlieta jiġu promossi awtomatikament u r-raba’ wieħed jilgħab decider kontra t-tim li jispiċċa t-tielet mill-aħħar fil-kampjonat Premier. Mqabba FC urew biċ-ċar x’kienu l-intenzjonijiet tagħhom sabiex jisfidaw għall-promozzjoni u kellhom staġun pożittiv ħafna tant li t-timijiet promossi ġew determinati fl-aħħar logħob tal-kampjonat. Għalkemm it-tim gabar 44 punt, żewġ punti biss anqas minn Qormi, it-tim ma rnexxilux jilħaq it-tragward tiegħu wara 13-il rebħa, 5 draws u 8 telfiet. It-tim immexxi għal darb’oħra mill-kowċ Clive Mizzi skurja 39 darba u sofra 32 gowl. Il-gowls kollha ġew minn Paul Chimezie (13), Arilson Mello da Silva (12), Luke Casha (4), Gaetano Gesualdi u Lyden Micallef (2), filwaqt li Claudio Calleja, Karl Cutjar u Michael Borg irreġistraw gowl kull wieħed.